Keep Updated

Hamrun Hanin / Keep Updated (Page 8)

Ħamrun Spartans FC u Ħamrun Ħanin, b’kollaborazzjoni mal-Autism Parents Association ħabbru t-tnedija ta’ inizjattiva unika fl-okkażoni tal-Jumen Internazzjonali tal-Awtiżmu, imfakkar madwar id-dinja fit-2 ta’ April 2024, u li se tilħaq il-qofol tagħha waqt il-partita tal-FA Trophy kontra Birkirkara FC. F’din il-logħba, it-tim tal-iSpartans se jilgħab bi flokk speċjali ddiżinjt minn Jacob Fava, tifel ta’ disa’ snin...

Fl-okkażjoni tad-debutt ta' ħames plejers mill-akkademja tal-klabb mal-ewwel tim ta' Ħamrun Spartans, l-organizzazzjoni volontarja  Ħamrun Ħanin, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, żrat ħames xtieli ta' siġar f'żona qrib il-Knisja tal-Kunċizzjoni fl-Ħamrun.  Dan sar bi tkomplija tal-impenn meħud mill-istess Ħamrun Ħanin li tiżra' siġra għal kull plejer mill-Hamrun Spartans FC Daikin School of Excellence wara l-ewwel partita tiegħu mat-tim...