Ħamrun Ħanin u Alberta Group jiffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni
Ħamrun Ħanin u Alberta Group ħabbru l-iffirmar ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni li permezz tiegħu se jaħdmu flimkien fl-impenn soċjali tagħhom matul is-sentejn li ġejjin. Ħamrun Ħanin hija organizzazzjoni volontarja li taħdem biex permezz tal-logħba tal-futbol twassal benefiċċju fis-soċjetà, b’attivitajiet fil-qasam tal-inklużjoni, integrazzjoni, ħarsien tat-tfal, attiviżmu ambjentali u kwalità tal-ħajja aħjar. Riċentemen, din l-organizzazzjoni ffirmat ftehim maċ-rebbieħa...