Għodwa b’differenza: l-iSpartans jallegraw l-anzjani fl-Imperial
Nofs ta’ nhar b’tiċrita fuq wiċċ aktar minn ħamsin anzjan residenti fl-Imperial care home f’Tas-Sliema hekk kif numru ta’ players mit-tim ta’ Ħamrun Spartans qattgħu l-ħin magħhom u ma’ għadd ta’ persuni li jieħdu ħsiebhom b’tant dedikazzjoni. Fost l-anzjani, numru ta’ dilettanti tal-logħba tal-ballun qasmu l-memorji favoriti tagħhom marbuta mal-futbol, filwaqt li oħrajn għoxew jaraw...