Il-Ħamruniżi jaqsmu l-ferħ ta’ Champions mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva
Esperjenza memorabbli oħra għall-Ħamruniżi hekk kif plejers mill-iskwadra rebbieħa tal-Kampjonat żaru numru ta’ partitarji li huma residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Permezz ta’ din iż-żjara, Ħamrun Ħanin, l-organizzazzjoni volontarja li tieħu ħsieb l-aspett soċjali taċ-Champions tal-futbol lokali riedet tiżgura li xxerred il-ferħ ta’ dan id-disa’ titlu verament ma’ kulħadd, anke ma’ dawk il-persuni li għal...