Ħames siġriet miżrugħa wara debutt ta’ ħames plejers oħra mill-Akkademja
Fl-okkażjoni tad-debutt ta’ ħames plejers mill-akkademja tal-klabb mal-ewwel tim ta’ Ħamrun Spartans, l-organizzazzjoni volontarja
Ħamrun Ħanin, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, żrat ħames xtieli ta’ siġar f’żona qrib il-Knisja tal-Kunċizzjoni fl-Ħamrun.
Dan sar bi tkomplija tal-impenn meħud mill-istess Ħamrun Ħanin li tiżra’ siġra għal kull plejer mill-Hamrun Spartans FC Daikin School of Excellence wara l-ewwel partita tiegħu mat-tim tal-kbar.
Barra mis-sinifikat simboliku ta’ dan il-ġest, dan iservi wkoll biex l-organizzazzjoni tagħti kontribut żgħir kemm hu żgħir lejn il-ħolqien ta’ aktar kuxjenza ambjentali fil-komunitajiet tagħna.
Huwa sinifikattiv ukoll, li ċ-ċampjins renjanti tal-pajjiż, u li fil-preżent reġgħu jinsabu f’taqtiegħa għall-Kampjonat ta’ din is-sena, taw post fit-tim għal mhux inqas minn ħames żgħażagħ, speċifikament Kean Scicluna, Hamza Muhammad Sani, Felippe Bugeja, Gabriel Vella u Kian Vella fi spazju ta’ sitt ġimgħat, biex jilgħabu f’logħbiet anke kruċjali tal-istess kampjonat kif ukoll tal-FA Trophy.
No Comments