Ħamrun Ħanin tippromwovi l-qari fost it-tfal, għat-tieni sena konsekuttiva
Bħala parti mill-ħidma tagħha biex tippromwovi l-qari fost it-tfal, għat-tieni sena konsekuttiva, l-organizzazzjoni volontarja Ħamrun Ħanin ippreżentat sett ta’ kotba mis-serje tant maħbuba ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’, miktuba minn Charles Buttigieg, lill-Iskola Primarja SS tal-Ħamrun, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Fl-okkażjoni ta’ din il-preżentazzjoni, membri ta’ Ħamrun Ħanin iltaqgħu ma’ wħud mit-tfal ta’ din l-iskola...