Ħames siġriet miżrugħa wara debutt ta’ ħames plejers oħra mill-Akkademja
Fl-okkażjoni tad-debutt ta' ħames plejers mill-akkademja tal-klabb mal-ewwel tim ta' Ħamrun Spartans, l-organizzazzjoni volontarja Ħamrun Ħanin, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, żrat ħames xtieli ta' siġar f'żona qrib il-Knisja tal-Kunċizzjoni fl-Ħamrun. Dan sar bi tkomplija tal-impenn meħud mill-istess Ħamrun Ħanin li tiżra' siġra għal kull plejer mill-Hamrun Spartans FC Daikin School of Excellence wara l-ewwel partita tiegħu mat-tim...